{"contenttype":"article","language":"mt","availableLanguages":"de,en,es,fr,it,mt,pl","rcn":"147711","id":"147711-malta-punches-above-its-weight-in-new-technologies","title":"Malta tag\u0127mel passi ta\u2019 \u0121gant fil-qasam tat-teknolo\u0121iji \u0121odda minkejja \u010b-\u010bokon tag\u0127ha","teaser":"G\u0127al u\u0127ud, Malta hija wa\u0127da mill-aqwa destinazzjonijiet turisti\u010bi fl-Ewropa, billi toffri xemx is-sena kollha, kultura unika u \u0127afna monumenti stori\u010bi u arkitettoni\u010bi. I\u017cda l-g\u017cira saret mag\u0127rufa wkoll b\u0127ala \u010bentru ta\u2019 \u0127ila teknolo\u0121ika, u tipprovdi ba\u017ci ta\u2019 prova perfetta, pere\u017cempju, g\u0127all-bini ta\u2019 infrastruttura e\u010b\u010bellenti tal-eGovernment. Nibtu wkoll g\u0127add kbir ta\u2019 negozji mmexxija mill-ICT b\u0127ala ri\u017cultat tal-impenn tal-g\u017cira lejn ir-ri\u010berka fil-qasam tal-ICT.","body":"\u003Csection\u003E\u003CsectionBody\u003E\u201cId-daqs tal-g\u017cira jag\u0127milha ideali g\u0127all-ikkalibrar ta\u2019 inizjattivi tal-e-government,\u201d jispjega l-Prof Ernest Cachia, Dekan tal- http:\/\/www.um.edu.mt\/ict (fakult\u00e0 tal-ICT) fi \u0127dan l-Universit\u00e0 ta\u2019 Malta. \u201cHemm il-firxa s\u0127i\u0127a ta\u2019 servizzi tal-gvern i\u017cda fuq skala i\u017cg\u0127ar, u b\u2019hekk nistg\u0127u nir\u010bievu r-ri\u017cultati aktar malajr. I\u010b-\u010bokon g\u0127andu l-vanta\u0121\u0121i tieg\u0127u!\u201d \n\nB\u2019ri\u017cultat ta\u2019 dan, il-g\u017cira hija kburija li g\u0127andha wa\u0127da mill-aqwa sistemi ta\u2019 eGovernment fl-UE. Malta \u0121abet 94 punt g\u0127all- eGovernment fid- http:\/\/ec.europa.eu\/digital-agenda\/en\/scoreboard\/malta (Digital Agenda Scoreboard) tal-2012-2013, ferm og\u0127la mill-medja tal-UE ta\u2019 70, u 96 g\u0127al eGovernment trasparenti, ferm og\u0127la mill-medja tal-UE ta\u2019 49. Ir-ri\u017cultat a\u0127\u0127ari huwa li kwa\u017ci s-servizzi governattivi kollha issa jinsabu fuq l-internet, u Malta titqies b\u0127ala mexxejja dinjija f\u2019dan il-qasam. \u201ceGovernment jirrifletti l-kultura b\u2019sa\u0127\u0127itha ta\u2019 Malta fl-ippjanar fil-qasam tal-ICT,\u201d jg\u0127id Alexander Borg, konsulent ta\u2019 ri\u010berka u innovazzjoni fi \u0127dan il- http:\/\/www.mita.gov.mt\/en\/Pages\/MITAHome.aspx (Malta Information Technology Agency) (MITA). \u201cL-investiment g\u0127en ukoll biex jin\u0127olqu spin-offs importanti u ji\u0121i \u0121\u0121enerat effett ta\u2019 \u0121ibda fuq l-ekonomija. L-eGovernment huwa wkoll mod a\u0127jar biex nil\u0127qu li\u010b-\u010bittadini, u juri lid-dinja li l-ICT huwa importanti g\u0127all-pajji\u017c.\u201d \n\nTabil\u0127aqq, l-Uffi\u010b\u010bju tal-Prim Ministru b\u0127alissa qieg\u0127ed jikkontribwixxi g\u0127al pro\u0121ett ta\u2019 ICT iffinanzjat mill-UE bit-titolu http:\/\/cordis.europa.eu\/projects\/rcn\/100770_en.html (IDEALIST2014). L-objettiv ta\u2019 din l-inizjattiva huwa li tissa\u0127\u0127a\u0127 in-netwerk ta\u2019 Punti ta\u2019 Kuntatt Nazzjonali (National Contact Points - NCP) g\u0127all-ICT ta\u0127t FP7, permezz ta\u2019 promozzjoni ulterjuri tal-kooperazzjoni transnazzjonali fuq kwistjonijiet b\u0127as-sigurt\u00e0, it-trasport, l-ener\u0121ija u s-sa\u0127\u0127a. L-NCPs \u0121ew stabbiliti fit-28 Stat Membru tal-UE (u xi pajji\u017ci terzi) sabiex jing\u0127ata appo\u0121\u0121 u tit\u0127e\u0121\u0121e\u0121 il-parte\u010bipazzjoni fi skemi ta\u2019 finanzjament tal-UE g\u0127all-ICT. Dan il-pro\u0121ett partikolari g\u0127andu jitlesta f\u2019Settembru 2014.\n\n\u017bblukkar tal-potenzjal tas-settur privat \n\nIs-settur privat ta\u2019 Malta ibbenefika wkoll minn investiment sinifikanti fl-ICT. \u201cDan tabil\u0127aqq sar settur ta\u2019 tkabbir sinifikanti,\u201d jg\u0127id il-Profs Cachia. \u201cMill-industrija tal-gaming g\u0127al dik tal-betting, u l-online portals, rajna tkabbir li j\u0121iblek g\u0127ajnejk wara widnejk. Il-kumpaniji li ji\u0121u lejn din il-g\u017cira jistaqsu dwar il-kwalit\u00e0 tal-lawreati, u dejjem jibqg\u0127u impressjonati bil-firxa ta\u2019 spe\u010bjalizzazzjoni li g\u0127andna.\u201d \n\nIl-fakult\u00e0 spe\u010bjalizzata fl-ICT fi \u0127dan l-Universit\u00e0 ta\u2019 Malta g\u0127enet biex tipprovdi lill-g\u017cira b\u2019nixxieg\u0127a ta\u2019 \u0127ila kkwalifikata, u l-persunal tal-fakult\u00e0 kien involut f\u2019g\u0127add ta\u2019 pro\u0121etti ffinanzjati mill-UE. \n\nBarra minn hekk, in-negozji Malti saru involuti b\u2019mod attiv f\u2019ri\u010berka transkonfinali ffinanzjata mill-UE. E\u017cempju tajjeb huwa l-pro\u0121ett http:\/\/cordis.europa.eu\/projects\/rcn\/94030_en.html (ICT VENTUREGATE), li tlesta fl-2012. Din l-inizjattiva, li hija mmirata biex t\u0127e\u0121\u0121e\u0121 kooperazzjoni bejn l-SMEs u investituri fl-innovazzjoni, kienet ikkoordinata mill-organizzazzjoni Maltija http:\/\/www.paragoneurope.eu\/ (Paragon).  Il-pro\u0121ett \u017cviluppa b\u2019su\u010b\u010bess bosta g\u0127odda tat-ta\u0127ri\u0121 elettroniku g\u0127all-SMEs biex ikunu lesti g\u0127all-investiment, u b\u2019mod aktar importanti http:\/\/www.ictventuregate.eu\/makingplatform (pjattaforma) virtwali g\u0127all-\u0127olqien ta\u2019 s\u0127ubijiet.\n\nPro\u0121ett simili li jinsab g\u0127addej huwa http:\/\/cordis.europa.eu\/projects\/rcn\/111355_en.html (EUROPEAN INVESTOR GATE) (EIG), li jibqa\u2019 g\u0127addej sal-2015. L-g\u0127an ta\u2019 dan il-pro\u0121ett huwa li jindirizza l-fatt li l-Ewropa g\u0127adha lura fl-isfruttar kummer\u010bali tat-teknoli\u0121ija, billi jipprovdi lill-intraprendituri b\u2019a\u010b\u010bess a\u0127jar g\u0127all-finanzi. \u201cBenefi\u010b\u010bju prin\u010bipali ta\u2019 FP7 huwa n-netwerking,\u201d jg\u0127id is-Sur Borg. \u201cB\u0127ala pajji\u017c \u017cg\u0127ir, a\u0127na niddependu \u0127afna fuq l-esportazzjoni u l-kummer\u010b. Il-parte\u010bipazzjoni f\u2019FP7 tippermettielna nkabbru l-kapa\u010bitajiet tag\u0127na.\u201d\n\nInvestiment so\u010bjali \n\nIl-g\u017cira kienet involuta wkoll f\u2019g\u0127add ta\u2019 pro\u0121etti ffinanzjati mill-UE b\u2019dimensjoni so\u010bjali. Fil-fatt, il-parte\u010bipazzjoni Maltija fis-Seba\u2019 Programm ta\u2019 Qafas tal-UE http:\/\/cordis.europa.eu\/fp7\/home_en.html (FP-7) kienet l-og\u0127la fl-Objettivi Strate\u0121i\u010bi tal-ICT g\u0127at-Tag\u0127lim u l-ICT g\u0127as-Sa\u0127\u0127a.  \n\nWa\u0127da mill-inizjattivi ffinanzjati mill-UE li tinsab g\u0127addejja b\u0127alissa \u2013 li tinvolvi lill-Universit\u00e0 ta\u2019 Malta \u2013 hija l-pro\u0121ett bl-isem\u201dIntegrated Intelligent Learning Environment for Reading and Writing\u201d  (http:\/\/cordis.europa.eu\/projects\/rcn\/105465_en.html (ILEARNRW)) (Ambjent ta\u2019 Tag\u0127lim Integrat u Intelli\u0121enti g\u0127all-Qari u l-Kitba). L-g\u0127an ta\u2019 dan il-pro\u0121ett, li jibqa\u2019 g\u0127addej sal-2015, huwa biex ji\u0121i \u017cviluppat softwer ta\u2019 tag\u0127lim tal-\u0121enerazzjoni li jmiss li jg\u0127in lit-tfal bid-di\u017cleksja. Pro\u0121ett importanti ie\u0127or li jinsab g\u0127addej  bit-titolu Translational Research and Patient Safety in Europe (http:\/\/cordis.europa.eu\/projects\/rcn\/93775_en.html (TRANSFORM)) (Ri\u010berka Translazzjonali u Sigurt\u00e0 tal-Pazjenti fl-Ewropa) g\u0127andu l-mira li jiv\u017ciluppa infrastruttura ta\u2019 dejta li tintegra attivitajiet klini\u010bi u ta\u2019 ri\u010berka, sabiex jing\u0127ata appo\u0121\u0121 a\u0127jar g\u0127as-sigurezza tal-pazjenti u r-ri\u010berka klinika. Il- http:\/\/www.mipc.org.mt\/ (Mediterranean Institute of Primary Care) kien involut f\u2019dan il-pro\u0121ett ta\u2019 \u20ac9m. \n\nMinn infrastruttura pijuniera ta\u2019 eGovernment g\u0127all-kontribut li tat g\u0127al xi pro\u0121etti ewlenin pan-Ewropej, Malta vvintat lilha nfisha mill-\u0121did b\u0127ala sie\u0127ba importanti biex tressaq \u2018il quddiem il-\u0127ila teknolo\u0121ika Ewropea. Id-daqs modest tal-g\u017cira ntu\u017ca b\u0127ala vanta\u0121\u0121 importanti, u b\u2019ri\u017cultat ta\u2019 dan il-pajji\u017c ikompli jag\u0127mel passi ta\u2019 \u0121gant fix-xena internazzjonali minkejja \u010b-\u010bokon tieg\u0127u. \n\nF\u2019dinja globalizzata, Malta kienet uriet li l-\u0127olqien ta\u2019 impjiegi u tkabbir fi \u017cmien ta\u2019 bidla teknolo\u0121ika kbira je\u0127tie\u0121 flessibbilt\u00e0, vi\u017cjoni u investiment. L-impenn tal-g\u017cira lejn ri\u010berka kollaborattiva hija xhieda ta\u2019 dan.\u003C\/sectionBody\u003E\u003C\/section\u003E","keywords":"Malta, ict, egovernment, etraining, research, FP7","contentCreationDate":"2014-10-10 15:56:04","contentUpdateDate":"2014-10-10 15:56:04","lastUpdateDate":"2024-04-23 09:24:26","archivedDate":"2024-04-23 00:00:00","relations":{"categories":[{"language":"mt","availableLanguages":"de,en,es,fr,it,pl","code":"CNECT","attributes":{"classification":"client","type":"isRequestedBy"}},{"language":"mt","availableLanguages":"de,en,es,fr,it,pl","code":"story","attributes":{"classification":"collection","type":"belongsTo"}},{"language":"mt","availableLanguages":"de,en,es,fr,it,pl","code":"editorial","attributes":{"classification":"source","type":"isProvidedBy"}}],"associations":[{"availableLanguages":"en","rcn":"93775","id":"247787","acronym":"TRANSFoRm","archivedDate":"2024-06-18 00:00:00","relations":{"categories":[{"language":"mt","availableLanguages":"de,en,es,fr,it,pl","code":"project","attributes":{"classification":"collection","type":"belongsTo"}},{"language":"mt","availableLanguages":"de,en,es,fr,it,pl","code":"30060","attributes":{"classification":"euroSciVoc","type":"isInFieldOfScience"}},{"language":"mt","availableLanguages":"de,en,es,fr,it,pl","code":"943","attributes":{"classification":"euroSciVoc","type":"isInFieldOfScience"}},{"language":"mt","availableLanguages":"en","code":"CP","attributes":{"classification":"projectFundingSchemeCategory","type":"relatedProjectFundingSchemeCategory"}},{"language":"mt","availableLanguages":"de,en,es,fr,it,pl","code":"ppm","attributes":{"classification":"source","type":"isProvidedBy"}}],"associations":[{"availableLanguages":"de,en,es,fr,it,pl","rcn":"853","code":"FP7-ICT","frameworkProgramme":"FP7","pga":"FP7-ICT","parent":{"rcn":"846\/1401\/837","code":"FP7-COOPERATION\/EC\/FP7"},"archivedDate":"2024-06-12 00:00:00","relations":{"categories":[{"language":"mt","code":"legalbasis","attributes":{"classification":"collection","type":"belongsTo"}},{"language":"mt","code":"editorial","attributes":{"classification":"source","type":"isProvidedBy"}}]},"contenttype":"programme","attributes":{"source":"ppm","type":"relatedLegalBasis"}},{"availableLanguages":"en","rcn":"13618","code":"ICT-2009.5.2","frameworkProgramme":"FP7","parent":{"rcn":"10275\/16685\/853\/846\/1401\/837","code":"ICT-2007.5\/ICT\/FP7-ICT\/FP7-COOPERATION\/EC\/FP7"},"archivedDate":"2024-06-14 00:00:00","relations":{"categories":[{"language":"mt","code":"topic","attributes":{"classification":"collection","type":"belongsTo"}},{"language":"mt","code":"editorial","attributes":{"classification":"source","type":"isProvidedBy"}}]},"contenttype":"programme","attributes":{"source":"ppm","type":"relatedTopic"}}]},"contenttype":"project","attributes":{"source":"editorial","type":"relatedProject"}},{"availableLanguages":"en","rcn":"111355","id":"611076","acronym":"EIG","archivedDate":"2024-06-18 00:00:00","relations":{"categories":[{"language":"mt","availableLanguages":"de,en,es,fr,it,pl","code":"project","attributes":{"classification":"collection","type":"belongsTo"}},{"language":"mt","availableLanguages":"en","code":"CSA","attributes":{"classification":"projectFundingSchemeCategory","type":"relatedProjectFundingSchemeCategory"}},{"language":"mt","availableLanguages":"de,en,es,fr,it,pl","code":"ppm","attributes":{"classification":"source","type":"isProvidedBy"}}],"associations":[{"availableLanguages":"de,en,es,fr,it,pl","rcn":"853","code":"FP7-ICT","frameworkProgramme":"FP7","pga":"FP7-ICT","parent":{"rcn":"846\/1401\/837","code":"FP7-COOPERATION\/EC\/FP7"},"archivedDate":"2024-06-12 00:00:00","relations":{"categories":[{"language":"mt","code":"legalbasis","attributes":{"classification":"collection","type":"belongsTo"}},{"language":"mt","code":"editorial","attributes":{"classification":"source","type":"isProvidedBy"}}]},"contenttype":"programme","attributes":{"source":"ppm","type":"relatedLegalBasis"}},{"availableLanguages":"en","rcn":"18661","code":"ICT-2013.11.5","frameworkProgramme":"FP7","parent":{"rcn":"18681\/16685\/853\/846\/1401\/837","code":"ICT-2013.11\/ICT\/FP7-ICT\/FP7-COOPERATION\/EC\/FP7"},"archivedDate":"2024-06-14 00:00:00","relations":{"categories":[{"language":"mt","code":"topic","attributes":{"classification":"collection","type":"belongsTo"}},{"language":"mt","code":"editorial","attributes":{"classification":"source","type":"isProvidedBy"}}]},"contenttype":"programme","attributes":{"source":"ppm","type":"relatedTopic"}}]},"contenttype":"project","attributes":{"source":"editorial","type":"relatedProject"}},{"availableLanguages":"en","rcn":"94030","id":"248772","acronym":"ICT VentureGate","archivedDate":"2024-06-18 00:00:00","relations":{"categories":[{"language":"mt","availableLanguages":"de,en,es,fr,it,pl","code":"project","attributes":{"classification":"collection","type":"belongsTo"}},{"language":"mt","availableLanguages":"en","code":"CSA","attributes":{"classification":"projectFundingSchemeCategory","type":"relatedProjectFundingSchemeCategory"}},{"language":"mt","availableLanguages":"de,en,es,fr,it,pl","code":"ppm","attributes":{"classification":"source","type":"isProvidedBy"}}],"associations":[{"availableLanguages":"de,en,es,fr,it,pl","rcn":"853","code":"FP7-ICT","frameworkProgramme":"FP7","pga":"FP7-ICT","parent":{"rcn":"846\/1401\/837","code":"FP7-COOPERATION\/EC\/FP7"},"archivedDate":"2024-06-12 00:00:00","relations":{"categories":[{"language":"mt","code":"legalbasis","attributes":{"classification":"collection","type":"belongsTo"}},{"language":"mt","code":"editorial","attributes":{"classification":"source","type":"isProvidedBy"}}]},"contenttype":"programme","attributes":{"source":"ppm","type":"relatedLegalBasis"}},{"availableLanguages":"en","rcn":"13625","code":"ICT-2009.9.3","frameworkProgramme":"FP7","parent":{"rcn":"10258\/16685\/853\/846\/1401\/837","code":"ICT.2007.9\/ICT\/FP7-ICT\/FP7-COOPERATION\/EC\/FP7"},"archivedDate":"2024-06-14 00:00:00","relations":{"categories":[{"language":"mt","code":"topic","attributes":{"classification":"collection","type":"belongsTo"}},{"language":"mt","code":"editorial","attributes":{"classification":"source","type":"isProvidedBy"}}]},"contenttype":"programme","attributes":{"source":"ppm","type":"relatedTopic"}}]},"contenttype":"project","attributes":{"source":"editorial","type":"relatedProject"}},{"availableLanguages":"en","rcn":"100770","id":"288598","acronym":"Idealist2014","archivedDate":"2024-06-18 00:00:00","relations":{"categories":[{"language":"mt","availableLanguages":"de,en,es,fr,it,pl","code":"project","attributes":{"classification":"collection","type":"belongsTo"}},{"language":"mt","availableLanguages":"en","code":"CSA","attributes":{"classification":"projectFundingSchemeCategory","type":"relatedProjectFundingSchemeCategory"}},{"language":"mt","availableLanguages":"de,en,es,fr,it,pl","code":"ppm","attributes":{"classification":"source","type":"isProvidedBy"}}],"associations":[{"availableLanguages":"de,en,es,fr,it,pl","rcn":"853","code":"FP7-ICT","frameworkProgramme":"FP7","pga":"FP7-ICT","parent":{"rcn":"846\/1401\/837","code":"FP7-COOPERATION\/EC\/FP7"},"archivedDate":"2024-06-12 00:00:00","relations":{"categories":[{"language":"mt","code":"legalbasis","attributes":{"classification":"collection","type":"belongsTo"}},{"language":"mt","code":"editorial","attributes":{"classification":"source","type":"isProvidedBy"}}]},"contenttype":"programme","attributes":{"source":"ppm","type":"relatedLegalBasis"}},{"availableLanguages":"en","rcn":"14636","code":"ICT-2011.11.2","frameworkProgramme":"FP7","parent":{"rcn":"16677\/16685\/853\/846\/1401\/837","code":"ICT-11\/ICT\/FP7-ICT\/FP7-COOPERATION\/EC\/FP7"},"archivedDate":"2024-06-14 00:00:00","relations":{"categories":[{"language":"mt","code":"topic","attributes":{"classification":"collection","type":"belongsTo"}},{"language":"mt","code":"editorial","attributes":{"classification":"source","type":"isProvidedBy"}}]},"contenttype":"programme","attributes":{"source":"ppm","type":"relatedTopic"}}]},"contenttype":"project","attributes":{"source":"editorial","type":"relatedProject"}},{"language":"any","availableLanguages":"en,any","uri":"\/docs\/results\/images\/2014-08\/147711.jpg","mimetype":"image\/jpeg","size":"0","contenttype":"webItem","attributes":{"represents":"article","source":"editorial","type":"relatedImage"}}],"regions":[{"name":"l-Italja","rcn":"309758504","nutsCode":"IT","euCode":"IT","isoCode":"IT","attributes":{"source":"editorial","type":"relatedRegion"}}]},"modelVersion":"132","icaVersion":"20.0.0-48f81e07"}